Kbarat tal-lhud Jewish elders

Hemm verżjoni waħda ta' dan is-sinjal. Agħfas il-buttuni hawn taħt biex tara l-istampi, il-kitba u l-vidjow.

There is one version of this sign. Use the butttons below to view the photographs, signwriting and video.

  • Sketch
    Stampi, kitba u vidjow 1
    Pictures, signwriting and video 1


Is-sinjal għal KBARAT TAL-LHUD magħmul minn żewġ partijiet. (i) Fl-ewwel parti jsir is-sinjal għal KAP. Id waħda tieħu l-forma ta’ K jew V u ttaptap darba jew darbtejn fuq l-ispalla tan-naħa l-oħra. (ii) Fit-tieni parti jsir is-sinjal għal LHUDI. Id waħda tieħu l-forma ta’ 1 ħdejn il-ġenb tar-ras bil-pala tħares laġenba. L-id isserrep ’l isfel jew ddur fuqha nnifisha waqt li tinżel ’l isfel. Kultant is-sinjal għal LHUD isir qabel is-sinjal għal KAP.

The sign for JEWISH LEADERS consists of two parts. (i) The first part is the sign for BOSS. It is made with one hand that takes the shape for K or V and taps once or twice on the other shoulder. (ii) The second part is the sign for JEW. It is made with one hand in the shape of 1 placed at the side of the head with palm facing sideways and the index finger winding or spinning downwards. Sometimes the sign for JEW is made before the sign for BOSS.